3.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/23
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fit-2 ta’ Mejju 2017 – Érdem Deha Altiner, Isabel Hanna Ravn vs Udlændingestyrelsen
(Kawża C-230/17)
(2017/C 213/30)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Østre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Érdem Deha Altiner, Isabel Hanna Ravn
Konvenut: Udlændingestyrelsen
Domanda preliminari
L-Artikolu 21 TFUE, moqri flimkien u b’analoġija mad-Direttiva 2004/38/KE (1), jipprekludi Stat Membru milli jirrifjuta li jagħti dritt ta’ residenza sekondarju lil ċittadin ta’ pajjiż terz li huwa membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li għandu n-nazzonalità ta’ dak l-Istat Membru u li rritorna lejn dak l-Istat Membru wara li kien eżerċita d-dritt għal moviment liberu tiegħu, meta l-membru tal-familja ma jidħolx fit-territorju tal-Istat Membru jew ma jippreżentax applikazzjoni għal dritt ta’ residenza bħala estensjoni naturali tar-ritorn taċ-ċittadin tal-Unjoni?
(1) Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kusnill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta' l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta' l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).
Full & Egal Universal Law Academy