24.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 239/27
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fl-4 ta’ Mejju 2017 – XC et
(Kawża C-234/17)
(2017/C 239/33)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: XC, YB, ZA
Domanda preliminari
Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) TUE, ikkunsidrat flimkien mal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività li jinsiltu minnu, għandu jiġi interpretat fis-sens li jobbliga lill-Oberster Gerichtshof (qorti suprema, l-Awstrija) tistħarreġ, fuq talba tal-persuna kkonċernata, deċiżjoni ta’ qorti kriminali li saret res judicata rigward allegat ksur tad-dritt tal-Unjoni (f’dan il-każ: l-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 54 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen), fejn id-dritt nazzjonali [l-Artikolu 363a tal-iStrafprozessordnung (kodiċi ta’ proċedura kriminali)] jipprevedi tali stħarriġ biss fil-każ ta’ allegat ksur tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali jew ta’ wieħed mill-protokolli tagħha?
Full & Egal Universal Law Academy