24.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 239/28
Appell ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2017 minn Canadian Solar Emea GmbH, Canadian Solar Manufacturing (Changshu), Inc., Canadian Solar Manufacturing (Luoyang), Inc., Csi Cells Co. Ltd, Csi Solar Power (China), Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-28 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-163/14, Canadian Solar Emea et vs Il-Kunsill
(Kawża C-237/17 P)
(2017/C 239/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Canadian Solar Emea GmbH, Canadian Solar Manufacturing (Changshu), Inc., Canadian Solar Manufacturing (Luoyang), Inc., Csi Cells Co. Ltd, Csi Solar Power (China), Inc. (rappreżentanti: J. Bourgeois, avocat, S. De Knop, advocaat, M. Meulenbelt, advocaat, A. Willems, avocat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-163/14;
—
tilqa’ r-rikors ippreżentat fl-ewwel istanza u tannulla r-regolament ikkontestat sa fejn dan jikkonċerna lill-appellanti;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-appellanti, kif ukoll l-ispejjeż tiegħu stess, kemm tal-ewwel istanza kif ukoll tal-appell;
—
tikkundanna lill-partijiet l-oħra kollha fl-appell isostnu l-ispejjeż tagħhom stess;
sussidjarjament
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-163/14;
—
tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali għal sentenza;
—
tirriżerva l-ispejjeż tal-ewwel istanza u tal-appell sas-sentenza finali mill-Qorti Ġenerali;
—
tikkundanna lill-partijiet l-oħra kollha fl-appell isostnu l-ispejjeż tagħhom stess.
Aggravji u argumenti prinċipali
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi talbet lill-appellanti juru interess sabiex iqajmu l-ewwel u t-tieni motivi; fi kwalunkwe każ, il-Qorti Ġenerali wettqet żball fil-klassifikazzjoni ġuridika tagħha tal-fatti peress li l-appellanti għandhom tali interess.
Full & Egal Universal Law Academy