7.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 256/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fl-10 ta’ Mejju 2017 – Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP vs António da Silva Rodrigues
(Kawża C-243/17)
(2017/C 256/04)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal Administrativo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP
Konvenut: António da Silva Rodrigues
Domandi preliminari
1)
Liema hija d-data li minnha jibda jiddekorri t-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ erba’ snin, previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) [tar-Regolament Nru 2988/95] (1), fir-rigward tal-irregolaritajiet immedjati (mhux kontinwi jew repetuti)?
2)
Fir-rigward ta’ ksur li ma huwiex kontinwu jew repetut, għandu japplika r-reġim li jipprovdi li “[f]il-każ tal-programmi multiannwi, it-terminu tal-limitazzjoni [preskrizzjoni] għandu f’kull każ jibqa’ jiddekorri sakemm il-programm jitwaqqaf definittivament”?
3)
Ir-regola prevista fl-istess Artikolu 3 li “[l]-limitazzjoni [preskrizzjoni] għandha ssir effettiva mhux aktar tard mil-jum li fih perjodu li jkun id-doppju tal-perjodu tat-terminu jiskadi mingħajr ma l-awtorità kompetenti tkun imponiet penali” hija applikabbli wkoll, ġaladarba jinsab inkwistjoni l-programm multiannwali, jiġifieri, it-terminu msemmi hawnhekk ukoll jibda jiddekorri sakemm jitwaqqaf il-programm multiannwali?
4)
Xi tfisser l-espressjoni “[f]il-każ tal-programmi multiannwi, it-terminu tal-limitazzjoni [preskrizzjoni] għandu f’kull każ jibqa’ jiddekorri sakemm il-programm jitwaqqaf definittivament”:
a)
It-terminu ta’ preskrizzjoni ma jiskadix sakemm jitwaqqaf b’mod definittiv il-programm multiannwali?
b)
It-terminu ta’ preskrizzjoni jkun sospiż matul il-programm, jiġifieri sakemm jitwaqqaf b’mod definittiv, u jerġa’ jibda jiddekorri mill-mument tat-twaqqif tiegħu?
c)
It-terminu ta’ preskrizzjoni jibqa’ jiddekorri u, għaldaqstant, irrispettivament minn jekk dan ikunx programm multiannwali, il-preskrizzjoni tista’ sseħħ qabel ma jitwaqqaf il-programm b’mod definittiv jekk, sa dak iż-żmien, ikun iddekorra t-terminu rispettiv?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).
Full & Egal Universal Law Academy