13.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 382/26
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (Spanja) fil-11 ta’ Mejju 2017 – Pedro Viejobueno Ibáñez u Emilia de la Vara González vs Consejería de Educación de Castilla-La Mancha
(Kawża C-245/17)
(2017/C 382/32)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pedro Viejobueno Ibáñez u Emilia de la Vara González
Konvenut: Consejería de Educación de Castilla-La Mancha
Domandi preliminari
1)
It-tmiem tal-perijodu ta’ tagħlim tas-sena skolastika jista’ jitqies bħala raġuni oġġettiva li tiġġustifika trattament differenti tal-għalliema impjegati bħala aġenti temporanji msemmija iktar ’il fuq meta mqabbla ma’ għalliema uffiċjali?
2)
Il-fatt li l-għalliema impjegati bħala aġenti temporanji li l-impjieg tagħhom jiġi tterminat fi tmiem is-sena skolastika ma jistgħux jibbenefikaw mill-jiem ta’ leave tagħhom fil-forma ta’ jiem effettivi ta’ mistrieħ, iżda jiġu biss ikkumpensati finanzjarjament għal dawn tal-aħħar, huwa kompatibbli mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni tal-għalliema impjegati bħala aġenti temporanji?
3)
Regola astratta bħad-dispożizzjoni addizzjonali tlettax tal-Liġi Nru 5/2012, tat-12 ta’ Lulju 2012, dwar il-finanzi ġenerali tal-gvern tal-komunità ta’ Castilla la Mancha għas-sena 2012 (Ley 5/2012, de 12 de julio, de Presupuestos Generales de la Junta de Comunidades de Castilla la Mancha para 2012), li, fost affarijiet oħra, għal raġunijiet ta’ ekonomija baġitarja u ta’ osservanza tal-objettivi tad-defiċit, tissospendi l-applikazzjoni tal-ftehim, tal-10 ta’ Marzu 1994, konkluż bejn il-ministeru tal-edukazzjoni u tax-xjenzi u s-sindikat ANPE (Acuerdo de 10 de marzo de 1994, suscrito entre el Ministerio de Educación y Ciencia y el Sindicato ANPE), ippubblikat b’deċiżjoni tal-15 ta’ Marzu 1994 tad-direttorat ġenerali tal-persunal (Dirección General de Personal y Servicios) ([bulettin uffiċċjali tal-ministeru tal-edukazzjoni u tax-xjenzi] tat-28 ta’ Marzu 1994), fir-rigward tal-[kumpens finanzjarju] għal-leave ta’ Lulju u ta’ Awissu għas-sostituzzjonijiet ta’ iktar minn ħames xhur u nofs kif ukoll għall-kopertura tal-postijiet vakanti, u timponi kumpens favur l-għalliema mhux universitrarji impjegati bħala aġenti temporanji ekwivalenti għal 22 jum ta’ xogħol jekk dawn ikun ġew impjegati għal sena skolastika sħiħa jew għal numru ta’ jiem korrispondenti għall-perijodu li dawn ikunu ħadmu jekk dan tal-aħħar ikun inqas minn sena skolastika sħiħa, hija kompatibbli mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni ta’ dawn l-aġenti, li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ ħaddiema għal żmien determinat?
Full & Egal Universal Law Academy