24.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 239/30
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus (qorti suprema) (il-Finlandja) fis-16 ta’ Mejju 2017 – Oikeusministeriö vs Denis Raugevicius
(Kawża C-247/17)
(2017/C 239/37)
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Korkein oikeus (qorti suprema)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Oikeusministeriö
Konvenut: Denis Raugevicius
Domandi preliminari
1)
Id-dispożizzjonijiet nazzjonali fil-qasam tal-estradizzjoni għal ksur għandhom jiġu eżaminati fir-rigward tal-moviment liberu taċ-ċittadini ta’ Stat Membru ieħor, bl-istess mod, indipendentement mill-kwistjoni ta’ jekk talba għal estradizzjoni indirizzata minn Stat terz abbażi ta’ ftehim ta’ estradizzjoni tirrigwardax l-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ priġunerija jew, kif kien il-każ fil-kawża li wasslet għas-sentenza Petruhhin (1), prosekuzzjoni? Huwa rilevanti li l-persuna li ntalbet l-estradizzjoni tagħha tkun ċittadina mhux biss tal-Unjoni iżda wkoll tal-Istat rikjedenti?
2)
Leġiżlazzjoni nazzjonali skont liema huma biss iċ-ċittadini nazzjonali li ma jiġux estraditi barra l-Unjoni għall-finijiet ta’ eżekuzzjoni ta’ piena, tiddiskrimina b’mod mhux iġġustifikat liċ-ċittadini ta’ Stat Membru ieħor? Il-mekkaniżmi tad-dritt talUnjoni li jippermettu li jinkiseb b’mod inqas restrittiv għan leġittimu bħala tali għandhom jiġu applikati ukoll f’każ ta’ eżekuzzjoni? Kif għandha tiġi mwieġba talba għal estradizzjoni f’każ fejn l-Istat Membru l-ieħor ikun ġie infurmat, b’applikazjzoni ta’ tali mekkaniżmi, bit-talba għal estradizzjoni, iżda li dan l-aħħar Stat, pereżempju minħabba ostakli legali, ma jiħux miżuri fir-rigward taċ-ċittadin tiegħu?
(1) Sentenza tas-6 ta’ Settembru 2016, Petruhhin, C-182/15, EU:C:2016:630.
Full & Egal Universal Law Academy