31.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 249/19
Appell ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2017 minn Bank Tejarat mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fl-14 ta’ Marzu 2017 fil-Kawża T-346/15, Bank Tejarat vs Il-Kunsill
(Kawża C-248/17 P)
(2017/C 249/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Bank Tejarat (rappreżentanti: S. Zaiwalla, P. Reddy, A. Meskarian, Solicitors, M. Brindle QC, T. Otty, R. Blakeley, Barristers)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tilqa’ dan l-appell u tannulla l-punti 1 u 2 tad-dispożittiv fit-tieni sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali;
—
tilqa’ t-talba għal inklużjoni mill-ġdid tal-Bank;
—
tannulla l-miżuri kkontestati sa fejn dawn japplikaw għall-Bank; u
—
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-appell u għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.
Aggravji u argumenti prinċipali
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi peress li b’mod żbaljat ma attribwietx piż u/jew ma attribwietx biżżejjed piż lill-provi prodotti mill-Bank u għalhekk żnaturat l-evidenza ewlenija rilevanti għall-kwistjoni dwar jekk l-allegazzjonijiet fir-raġunijiet ikkontestati kinux issostanzjati mill-Kunsill.
Irrispettivament mill-eżitu tal-ewwel aggravju, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi peress li żnaturat il-provi prinċipali rilevanti għall-kwistjoni dwar jekk l-allegazzjonijiet fil-motivazzjoni kkontestata kinux issostanzjati mill-Kunsill u/jew jekk qiegħdux b’mod żbaljat l-oneru tal-prova fuq il-Bank.
Fir-rigward kemm tal-ewwel u tat-tieni aggravju, kieku l-Qorti Ġenerali applikat il-prinċipji korretti u/jew kieku ma żnaturatx il-provi msemmija hawn fuq, hija kienet tannulla l-miżuri kkontestati.
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-Kunsill kien intitolat li jinkludi mill-ġdid lill-Bank fuq il-bażi ta’ raġunijiet li setgħu u kellhom ikunu mressqa qabel l-ewwel sentenza u li l-imġiba tal-Kunsill ma kisirx l-Artikolu 266 TFUE kif ukoll il-prinċipji ta’ res judicata u/jew ċertezza legali u/jew finalità u/jew effettività u/jew id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u/jew id-drittijiet tal-Bank skont l-Artikolu 47 tal-Karta tal-Unjoni Ewropea u/jew skont l-Artikolu 6 u l-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u/jew id-drittijiet tagħha għal amministrazzjoni tajba u/jew il-prinċipju ta’ proporzjonalità.
Full & Egal Universal Law Academy