24.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 239/31
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça (Il-Portugall) fit-12 ta’ Mejju 2017 – Virgílio Tarragó da Silveira vs Massa Insolvente da Espírito Santo Financial Group, SA
(Kawża C-250/17)
(2017/C 239/38)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal de Justiça
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Virgílio Tarragó da Silveira
Konvenuta: Massa Insolvente da Espírito Santo Financial Group, SA
Domanda preliminari
L-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 (1), tad-29 ta’ Mejju, għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi fid-dispożizzjonijiet tiegħu azzjoni pendenti f’qorti ta’ Stat Membru għall-kundanna ta’ debitur f’obbligu ta’ ħlas ta’ ammont pekunjarju, dovut taħt kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi, u għall-kundanna għall-ħlas ta’ kumpens pekunjarju minħabba nuqqas ta’ twettiq tal-imsemmi obbligu, fid-dawl tal-fatt li: (i) id-debitur ġie ddikjarat insolventi fi proċedura miftuħa f’qorti ta’ Stat Membru ieħor; u (ii) id-dikjarazzjoni ta’ insolvenza tinkludi l-patrimonju kollu tad-debitur?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment [proċeduri ta’ insolvenza] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191).
Full & Egal Universal Law Academy