10.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/16
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-251/17)
(2017/C 221/20)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Manhaeve u L. Cimaglia, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana
Talbiet
—
tiddikjara li r-Repubblika Taljana, meta ma adottatx il-miżuri kollha neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-19 ta’ Lulju 2012 fil-Kawża C-565/10; Il-Kummissjoni vs L-Italia, ma ssodisfatx l-obbligi li kienu imposti fuqha skont l-Artikolu 260(1) TFUE;
—
tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ħlas ta’ penali ta’ EUR 346 699,21, eventwalment imnaqqsa permezz tal-applikazzjoni tal-formula ta’ degressività proposta, għal kull jum ta’ dewmien fl-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fil-Kawża C-565/10, mid-data li fiha tiġi deċiża din il-kawża u sad-data ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fil-Kawża C-565/10;
—
tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ħlas ta’ somma f’daqqa kuljum ta’ EUR 39 113,80, ta’ ammont totali minimu ta’ EUR 62 699 421,40, mid-data meta ġiet adottata s-sentenza fil-Kawża C-565/10 u sad-data li fiha tiġi deċiża din il-kawża jew sad-data ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fil-Kawża C-565/10;
—
tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Bir-rikors tagħha, il-Kummissjoni tilmenta [li r-Repubblika Taljana] ma eżegwietx is-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fid-19 ta’ Lulju 2012 f’dak li jikkonċerna 80 agglomerazzjoni Taljana fost dawk li kienu s-suġġett ta’ din is-sentenza.
F’dan ir-rigward, ir-Repubblika Taljana tirrikonoxxi li hija ma ssodisfatx l-obbligi imposti fuqha skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tat-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (1), f’dak li jikkonċerna 35 agglomerazzjoni. Barra minn hekk, din tirrikonoxxi li hija ma ssodisfatx l-obbligi li kienu imposti fuqha skont l-Artikolu 4 u 10 ta’ din id-direttiva f’dak li jikkonċerna 70 agglomerazzjoni.
Minn dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-Repubblika Taljana ma adottatx il-miżuri kollha neċessarji bil-għan li teżegwixxi b’mod sħiħ is-sentenza tad-19 ta’ Lulju 2012.
(1) ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40
Full & Egal Universal Law Academy