28.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 283/16
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Mejju 2017 – Bernhard Schloesser, Petra Noll vs Société Air France SA
(Kawża C-255/17)
(2017/C 283/22)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bernhard Schloesser, Petra Noll
Konvenuta: Société Air France SA
Domanda preliminari
Fir-rigward ta’ konnessjoni bl-ajru magħmula abbażi ta’ kuntratt mat-trasportatur tal-ajru effettiv, komposta minn żewġ partijiet u li tinvolvi korrispondenza, il-qorti tal-post tad-destinazzjoni finali għandha ġurisdizzjoni, meta d-dewmien twil ikun seħħ fl-ewwel parti, sabiex tieħu konjizzjoni tal-kawża għal kumpens imressqa kontra t-trasportatur tal-ajru abbażi tar-Regolament Nru 261/2004 (1)?
(1) Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).