7.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 256/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budai Központi Kerületi Bíróság (l-Ungerija) fis-16 ta’ Mejju 2017 – Zoltán Rózsavölgyi u Zoltánné Rózsavölgyi vs Unicredit Leasing Hungary Zrt. u Unicredit Leasing Immo Truck Zrt.
(Kawża C-259/17)
(2017/C 256/07)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Budai Központi Kerületi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Zoltán Rózsavölgyi u Zoltánné Rózsavölgyi
Konvenuti: Unicredit Leasing Hungary Zrt. u Unicredit Leasing Immo Truck Zrt.
Domandi preliminari
1)
Meta jitqies b’mod partikolari li, meta d-definizzjoni tas-suġġett prinċipali tal-kuntratt jiġi kklassifikat bħala inġust, il-kuntratt isir invalidu għal kollox (u mhux parzjalment), id-dikjarazzjoni ta’ nullità tal-klawżola li tiddefinixxi s-suġġett prinċipali tal-kuntratt ta’ self minħabba n-natura inġusta tagħha (li jimplika li l-klawżola ma tistax torbot lill-konsumatur) jista’ jkollha l-effett (pereżempju, permezz tal-applikazzjoni ta’ deċiżjoni ġudizzjarja, ta’ konsegwenza ġuridika partikolari prevista f’dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, ta’ dispożizzjoni leġiżlattiva jew ta’ deċiżjoni ġudizzjarja ta’ uniformità tad-dritt) kif ukoll il-klassifikazzjoni ġuridika tal-kuntratt, jew tal-effetti tiegħu, tinbidel sabiex, b’mod partikolari, ftehim ta’ self iddenominat f’munita barranija (li fih id-dejn li jirriżulta mill-imsemmi kuntratt ta’ self jiġi ddeterminat u iddenominat f’munita barranija – iktar ’il quddiem il-“munita tad-dejn” – u li fih id-dejn għandu jitħallas f’munita nazzjonali – iktar ’il quddiem il-“munita tal-ħlas”) għandha titqies bħala ftehim ta’ self f’forint Ungeriż?
1.1
Fil-każ li d-dikjarazzjoni ta’ nullità li tirriżulta min-natura inġusta tal-klawżola li tiddefinixxi s-suġġett prinċipali ta’ kuntratt ta’ self jista’ jkollha l-konsegwenza li b’hekk il-klassifikazzjoni ġuridika tal-kuntratt, jew tal-effetti tiegħu, jinbidlu, il-modifika tal-klassifikazzjoni ġuridika li tirriżulta jista’ jkollha l-konsegwenza (pereżempju, permezz tal-applikazzjoni ta’ deċiżjoni ġudizzjarja, ta’ konsegwenza ġurudika partikolari prevista f’dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, ta’ dispożizzjoni leġiżlattiva jew ta’ deċiżjoni ġudizzjarja ta’ uniformità tad-dritt), li ċerti parametri tar-relazzjoni ġuridika li għandhom impatt finanzjarju jistgħu jvarjaw ukoll bi ħsara għall-konsumatur (pereżempju l-applikazzjoni retroattiva tar-rati ta’ interessi tas-suq għas-self fi forint jew tar-rata bażika tal-bank ċentrali minflok ir-rata ta’ interessi iktar baxxa prevista fil-kuntratt)?
2)
Il-konsegwenzi ġuridiċi tan-natura inġusta [ta’ klawżola] hija kwistjoni purament ġuridika, jew, fl-evalwazzjoni tal-imsemmija konsegwenzi, huwa possibbli li jkunu rilevanti:
(1)
il-prattika kuntrattwali fuq tipi oħra ta’ kuntratti minbarra dawk li għandhom natura inġusta,
(2)
il-vulnerabbiltà preżunta ta’ operaturi speċifiċi direttament affettwati fuq livell ekonomiku (pereżempju, fil-każ tas-self iddenominat f’munita barranija, pereżempju, il-grupp ta’ dawk li jissellfu f’munita barranija u s-sistema bankarja), jew
(3)
l-interessi ta’ terzi jew gruppi speċifiċi mhux direttament ikkonċernati fuq livell ekonomiku, pereżempju l-fatt li, bħala konsegwenza tan-nullità, il-membri tal-imsemmi grupp tal-persuni li jissellfu f’munita barranija jistgħu jkunu, ħafna minnhom, finalment, mill-perspettiva tal-likwidazzjoni matematika tal-kontijiet, f’pożizzjoni iktar favorevoli minn dawk tal-imsemmi grupp ta’ dawk li jissellfu f’forint?
3)
Għall-finijiet tal-Artikolu 3(1), tal-Artikolu 4(2), tal-Artikolu 5 u 6(1) tad-Direttiva 93/13/KEE (1) (jiġifieri għall-finijiet tal-evalwazzjoni tan-natura inġusta u tal-konsegwenza ġuridika tagħha), il-klawżola timponi fuq il-konsumatur ir-riskju tal-kambju (jiġifieri fejn l-istipulazzjoni jew l-istipulazzjonijiet tal-kuntratt jirregolaw il-piż tar-riskju) tikkostitwixxi sett ta’ klawsoli?
4)
L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13/KEE (li skontu l-klawżoli inġusti li jinsabu f’kuntratt konkluż ma’ konsumatur minn bejjiegħ jew fornitur ma jorbtux lill-konsumaturi) jista’ jiġi interpretat fis-sens li l-klawżola inkwistjoni (mhux silta minnha, iżda l-klawżola meqjusa kollha kemm hi) tista’ tkun inġusta kollha kemm hi jew parzjalment mhux inġusta u parzjalment inġusta, b’tali mod li tibqa’ parzjalment applikabbli (pereżempju, skont l-evalwazzjoni mill-qorti tal-każ konkret) u tista’ torbot lill-konsumtatur (jiġifieri, mill-perspettiva tal-effetti tagħha, hija inġusta biss sa ċertu mod fiż-żewġ każijiet), pereżempju, permezz tal-applikazzjoni ta’ deċiżjoni ġudizzjarja, ta’ konsegwenza ġuridika prevista minn dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, ta’ dispożizzjoni leġiżlattiva jew ta’ deċiżjoni ta’ uniformità tad-dritt?
4.1.
Jekk jiġi preżunt li l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li klawżola speċifika tista’ tkun inġusta fl-intier tagħha jew li hija biss parzjalament inġusta u parzjalment ġusta, hekk li tibqa’ parzjalment applikabbli u li tista’ torbot lill-konsumatur (jiġifieri li, mill-perspettiva tal-effetti tagħha, hija ġusta biss sa ċertu punt fiż-żewġ każijiet), il-fatt li l-klawżola kontenzjuża, li tiddefinixxi s-suġġett prinċipali tal-kuntratt, twassal għall-invalidità tal-kuntratt ta’ self kollu, minħabba n-natura inġusta tagħha, jista’ jkollha l-konsegwenza li l-konsumatur jinsab, mill-perspettiva tal-likwidazzjoni matematika tal-kontijiet, f’sitwazzjoni definittivament iktar sfavorevoli u l-bejjiegħ jew fornitur jinsab f’sitwazzjoni iktar favorevoli, milli kieku l-klawżola kontenzjuża, li tiddefinixxi s-suġġett prinċipali tal-kuntratt, tagħti biss, minħabba n-natura inġusta tagħha, parzjalment in-natura inġusta lill-kuntratt ta’ self (hekk li l-klawżoli kuntrattwali l-oħra jkomplu jorbtu lill-partijiet b’kontenut mhux mibdul)?
5.1.
Fid-dawl tal-konsegwenzi ekonomiċi tagħha, tista’ ma tiġix ikklassifikata bħala inġusta, sa fejn hija redatta b’mod ċar u li jinftiehem, klawżola kuntrattwali li timponi fuq il-konsumatur il-piż tar-riskju tal-kambju (klawżola użata bħala kundizzjoni ġenerali kuntrattwali mill-parti kontraenti bejjiegħ jew fornitur u li ma kinitx ġiet innegozjata individwalment), li kienet redatta skont obbligu ta’ informazzjoni ta’ oriġini legali ta’ natura neċessarjament ġenerali, meta l-imsemmija klawżola ma fiha l-ebda avviż espliċitu dwar il-fatt li l-ammont tal-iskadenzi ta’ rimbors li għandhom jitħallsu skont il-kuntratt ta’ self jista’ jaqbeż l-ammont tad-dħul tal-konsumatur magħmul mill-parti kontraenti bejjiegħ jew fornitur fil-kuntest tal-eżami ta’ solvenza; fid-dawl ukoll tal-fatt li l-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti tipprevedi preżentazzjoni ddettaljata tar-riskju bil-miktub u mhux sempliċi dikjarazzjoni tal-eżistenza ta’ riskju kif ukoll tal-allokazzjoni tiegħu; meta, barra minn hekk, skont il-punt 74 tal-motivi [tas-sentenza] mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-26/13, jista’ jiġi rikjest mill-parti kontraenti bejjiegħ jew fornitur mhux biss li jrendi r-riskju identifikabbli għall-konsumatur, iżda wkoll li dan tal-aħħar ikun ukoll f’pożizzjoni li jevalwa l-konsegwenzi ekonomiċi, potenzjalment sinjifikattivi, għalih, li jkun responsabbli għar-riskju tal-kambju u, għaldaqstant, l-ispiża totali tas-self tiegħu?
5.2.
Fid-dawl tal-konsegwenzi ekonomiċi tagħha, tista’ ma tiġix ikklassifikata bħala inġusta, sa fejn hija redatta b’mod ċar u li jinftiehem, klawżola kuntrattwali li timponi fuq il-konsumatur il-piż tar-riskju tal-kambju (klawżola użata bħala kundizzjoni ġenerali kuntrattwali mill-parti kontraenti bejjiegħ jew fornitur u li ma kinitx ġiet innegozjata individwalment) u li kienet redatta skont obbligu ta’ informazzjoni ta’ oriġini legali ta’ natura neċessarjament ġenerali, meta l-imsemmija klawżola ma fiha l-ebda avviż espliċitu dwar il-fatt li l-ammont tal-kapital li baqa’ dovut fi kwalunkwe żmien skont il-kuntratt ta’ self jista’ jeċċedi l-valur tal-patrimonju tad-debitur użat mill-parti kontraenti bejjiegħ jew fornitur fil-kuntest tal-eżami tas-solvenza; meta jitqies ukoll il-fatt li l-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti tipprevedi preżentazzjoni ddettaljata tar-riskju bil-miktub u mhux sempliċi dikjarazzjoni tal-eżistenza tar-riskju kif ukoll tal-allokazzjoni tiegħu; meta, barra minn hekk, skont il-punt 74 tal-motivi [tas-sentenza] mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-26/13, jista’ jiġi rikjest mill-parti kontraenti bejjiegħ jew fornitur mhux biss li jrendi r-riskju identifikabbli għall-konsumatur, iżda wkoll li dan tal-aħħar ikun jista’ jevalwa l-konsegwenzi ekonomiċi, potenzjalment sinjifikattivi għalih, li jkun responsabbli għar-riskju tal-kambju u, għaldaqstant, l-ispiża totali tas-self tiegħu?
5.3.
Fid-dawl tal-konsegwenzi ekonomiċi tagħha, tista’ ma tiġix ikklassifikata bħala inġusta, sa fejn hija redatta b’mod ċar u li jinftiehem, klawżola kuntrattwali li timponi fuq il-konsumatur il-piż tar-riskju tal-kambju (klawżola użata bħala kundizzjoni ġenerali kuntrattwali mill-parti kontraenti bejjiegħ jew fornitur u li ma kinitx ġiet innegozjata individwalment) u li kienet redatta skont obbligu ta’ informazzjoni ta’ oriġini legali ta’ natura neċessarjament ġenerali, meta l-imsemmija klawżola ma fiha l-ebda avviż espliċitu dwar il-fatt li (1) il-varjazzjoni fir-rata tal-kambju ma fiha ebda limitu massimu, (2) il-possibbiltà ta’ varjazzjoni fir-rata tal-kambju hija reali, u din tista’ sseħħ matul il-tul kollu tal-perijodu ta’ rimbors, (3) l-ammont tal-iskadenzi ta’ rimbors jista’ jiżdied b’mod illimitat wara tali varjazzjoni, (4) fir-rigward ta’ varjazzjoni fir-rata tal-kambju, mhux biss l-ammont tal-iskadenzi ta’ rimbors, iżda wkoll dak tal-kapital pendenti dovut jista’ jiżdied b’mod illimitat, (5) it-telf imġarrab huwa illimitat, (6) l-effett tal-miżuri preventivi neċessarji huwa limitat u jirrikjedi attenzjoni kostanti, (7) li l-parti kontraenti bejjiegħ jew fornitur ma tistax tiżgura; fid-dawl ukoll tal-fatt li l-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti tipprevedi preżentazzjoni ddettaljata tar-riskju bil-miktub u mhux sempliċi dikjarazzjoni tal-eżistenza tar-riskju kif ukoll tal-allokazzjoni tiegħu; peress li, barra minn hekk, skont il-punt 74 tal-motivi [tas-sentenza] mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-26/13, jista’ jiġi rikjest mill-parti kontraenti bejjiegħ jew fornitur mhux biss li jrendi r-riskju identifikabbli għall-konsumatur, iżda wkoll li dan tal-aħħar ikun jista’ jevalwa l-konsegwenzi ekonomiċi, potenzjalment sinjifikattivi, għalih, li jkun responsabbli għar-riskju tal-kambju u, għaldaqstant, l-ispiża totali tas-self tiegħu?
5.4
Meta jitqies b’mod partikolari l-fatt li jista’ jiġri jew saħansitra diġà ġara li l-ġurisprudenza jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali tasal għall-konklużjoni li fil-preżenza ta’ kuntratti ta’ self iddenominati f’munita barranija, il-konsumatur jissellef f’munita barranija minħabba r-rati ta’ interessi iktar favorevoli matul il-perijodu meħud inkunsiderazzjoni milli s-self fil-florint Ungeriż, li b’korrispettiv huwa waħdu jbati l-effetti ta’ varjazzjoni fir-rati tal-kambju; jitqies ukoll il-fatt li jista’ wkoll jiġri u li diġà ġara li l-ġurisprudenza jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali tasal għall-konklużjoni li n-natura inġusta tat-trasferiment unilaterali, u imprevedibbli, tal-piżijiet kuntrattwali wara l-konklużjoni tal-kuntratt ta’ self ma tistax tiġi evalwata, peress li r-raġunijiet għal nullità għandhom jeżistu fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt; meta jitqies, barra minn hekk, li l-liġi nazzjonali rilevanti tipprevedi preżentazzjoni ddettaljata tar-riskju bil-miktub u mhux sempliċi dikjarazzjoni tal-eżistenza tar-riskju kif ukoll l-allokazzjoni tiegħu; peress li, barra minn hekk, skont il-punt 74 tal-motivi [tas-sentenza] mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-26/13, jista’ jiġi rikjest mill-parti kontraenti bejjiegħ jew fornitur mhux biss li jrendi r-riskju identifikabbli għall-konsumatur, iżda wkoll li dan tal-aħħar ikun jista’ jevalwa r-riskju, tista’ ma tiġix ikklassifikata bħala inġusta, sa fejn hija redatta b’mod ċar u li jinftiehem, fid-dawl tal-konsegwenzi ekonomiċi tagħha, klawżola kuntrattwali li timponi fuq il-konsumatur il-piż tar-riskju tal-kambju (klawżola użata bħala kundizzjoni ġenerali kuntrattwali mil-kontraent bejjiegħ jew fornitur u li ma kinitx ġiet innegozjata individwalment) u li kienet redatta skont obbligu ta’ informazzjoni ta’ oriġini legali ta’ natura neċessarjament ġenerali, meta l-imsemmija klawżola ma fiha l-ebda avviż espliċitu dwar is-sens prevedibbli tal-varjazzjoni fir-rata tal-kambju matul il-perijodu ta’ validità tal-kuntratt (għall-inqas matul il-perijodu inizjali), u l-valuri tagħha minimi u/jew massimi (pereżempju, abbażi tal-metodu ta’ kalkolu ta’ rata ta’ interessi forward u/jew fuq il-prinċipju tal-parità tar-rati ta’ interessi – li skonthom, fil-qasam ta’ self iddenominat f’munita barranija, huwa possibbli li jiġi mbassar b’ċertu grad ta’ ċertezza li vantaġġ fil-qasam ta’ interessi, jiġifieri l-fatt li r-rata LIBOR [London Interbank Offered Rate] jew EURIBOR [Euro Interbank Offered Rate] hija inqas mir-rata BUBOR [Budapest Interbank Offered Rate], jimplika li l-konsumatur ibati telf ta’ kambju, sa fejn il-munita tal-ħlas tinżel imqabbla mal-munita tad-dejn?
5.5
Fid-dawl tal-konsegwenzi ekonomiċi tagħha, tista’ ma tiġix kklassifikata bħala inġusta, sa fejn hija redatta b’mod ċar u li jinftiehem, klawżola kuntrattwali li timponi fuq il-konsumatur il-piż tar-riskju tal-kambju (klawżola użata bħala kundizzjoni ġenerali kuntrattwali mill-parti kontraenti bejjiegħ jew fornitur u ma kinitx ġiet innegozjata individwalment) u li kienet redatta skont obbligu ta’ informazzjoni ta’ oriġini legali ta’ natura neċessarjament ġenerali, meta l-imsemmija klawżola ma fiha l-ebda avviż espliċitu li jindika preċiżament (pereżempju billi jikkwantifika b’sensiela ta’ data jew disinn l-iżvilupp komparattiv fir-rata tal-kambju tal-munita tad-dejn u tal-munita tal-ħlas matul il-perijodu għall-inqas sa dak tal-impenn tal-konsumatur) ir-riskju effettivament meħud mid-debitur minħabba l-fatt li jkun impost fuq il-konsumatur ir-riskju tal-kambju; meta jitiqes, barra minn hekk, il-fatt li l-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti tipprevedi preżentazzjoni ddettaljata tar-riskju bil-miktub u mhux sempliċi dikjarazzjoni tal-eżistenza tar-riskju kif ukoll tal-allokazzjoni tiegħu; peress li, barra minn hekk, skont il-punt 74 tal-motivi [tas-sentenza] mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-26/13, jista’ jiġi rikjest mill-parti kontraenti bejjiegħ jew fornitur mhux biss li jrendi r-riskju identifikabbli għall-konsumatur, iżda wkoll li dan tal-aħħar ikun jista’ jevalwa l-konsegwenzi ekonomiċi, potenzjalment sinjifikattivi għalih, li jkun responsabbli għar-riskju tal-kambju u, għaldaqstant, l-ispiża totali tas-self tiegħu?
5.6.
Meta jitqies b’mod partikolari il-fatt li jista’ jiġri li fil-preżenza ta’ kuntratti ta’ self iddenominati f’munita barranija, bħala riżultat tal-ġurisprudenza jew tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, il-konsumatur jista’ jissellef f’munita barranija minħabba r-rata ta’ interessi iktar favorevoli matul il-perijodu meqjus milli self f’forint Ungeriż, bħala korrispettiv għal dan ibati l-effetti ta’ varjazzjoni fir-rata tal-kambju; meta jitqies, barra minn hekk, li l-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti tipprevedi preżentazzjoni ddettaljata tar-riskju bil-miktub u mhux sempliċi dikjarazzjoni tal-eżistenza tar-riskju kif ukoll tal-allokazzjoni tiegħu; peress li, barra minn hekk, skont il-punt 74 tal-motivi [tas-sentenza] mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-26/13, jista’ jkun rikjest mill-kontraent bejjiegħ jew fornitur mhux biss li jrendi r-riskju identifikabbli għall-konsumatur, iżda wkoll li dan tal-aħħar ikun ukoll jista’ jevalwa r-riskju, tista’ ma tiġix ikkwalifikata bħala inġusta, fis-sens li hija redatta b’mod ċar u li tinftiehem, fid-dawl tal-konsegwenzi ekonomiċi tagħha, klawżola kuntrattwali li timponi fuq il-konsumatur il-piż tar-riskju tal-kambju (klawżola użata bħala kundizzjoni ġenerali kuntrattwali mill-parti kontraenti bejjiegħ jew fornitur u li ma kinitx ġiet innegozjata individwalment) u li kienet redatta skont obbligu ta’ informazzjoni ta’ oriġini legali ta’ natura neċessarjament ġenerali, meta l-imsemmija klawżola ma fiha l-ebda avviż espliċitu li jindika preċiżament (pereżempju b’mod espliċitu u kkwantifikat b’sensiela ta’ data għal perijodu li għadda mill-inqas twil daqs dak tal-impenn tal-konsumatur) l-ammont tal-vantaġġi prevedibbli dwar l-interessi, fil-każ ta’ applikazzjoni tar-rata BUBOR fil-każ ta’ self f’florint Ungeriż u r-rata LIBOR u EURIBOR fil-każ ta’ self iddenominat f’munita barranija?
6)
Għall-finijiet tal-evalwazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali li timponi fuq il-konsumatur il-piż tar-riskju tal-kambju (klawżola użata bħala kundizzjoni ġenerali kuntrattwali mill-parti kontraenti bejjiegħ jew fornitur u ma kinitx ġiet innegozjata individwalment) u li kienet redatta skont obbligu ta’ informazzjoni ta’ oriġini legali ta’ natura neċessarjament ġenerali, kif għandu jitqassam l-oneru tal-prova bejn il-konsumatur u l-parti kontraenti bejjiegħ jew fornitur sabiex jiġi evalwat jekk il-konsumatur kellux, effettivament, l-opportunità li jkun mgħarraf bil-klawżola kontenzjuża li għaliha kien issottoskriva lilu nnifsu b’mod inkonfutabbli qabel il-konklużjoni tal-kuntratt ta’ self (Artikolu 3(3) tad-Direttiva 93/13/KEE u l-punt 1(i) tal-Anness)?
7)
Għandu jitqies li, fil-kuntratti ta’ self iddenominati f’munita barranija, jiġifieri għall-finijiet tat-tranżazzjonijiet dwar servizzi li l-prezz tagħhom huwa marbut mal-varjazzjonijiet ta’ rata tal-kambju fis-swieq monetarji, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkonkludu kuntratt ma’ konsumatur billi jużaw ir-rata tal-kambju tagħhom huma bejjiegħa jew fornituri li ma jikkontrollawx il-varjazzjonijiet fis-sens tal-punt 2(c) tal-Anness tad-Direttiva 93/13/KEE?
(1) Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).
Full & Egal Universal Law Academy