2.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 330/2
Appell ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2017 minn Ccc Event Management GmbH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-14 ta’ Marzu 2017 fil-Kawża T-889/16, Ccc Event Management GmbH vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-261/17 P)
(2017/C 330/02)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Ccc Event Management GmbH (rappreżentant: A. Schuster, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
B’digriet tat-13 ta’ Lulju 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (L-Għaxar Awla) ċaħdet l-appell u ordnat lill-appellanti tbati l-ispejjeż tagħha.