25.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 318/3
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Mejju 2017 – Andreas Niemeyer vs Brussels Airlines SA/NV
(Kawża C-269/17)
(2017/C 318/04)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Andreas Niemeyer
Konvenuta: Brussels Airlines SA/NV
Domanda preliminari
It-tieni sentenza tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament”) għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kunċett ta’ “distanza” jinkludi biss id-distanza diretta, li għandha tiġi stabbilita skont il-metodu tar-rotta ortodromika bejn il-post tat-tluq u l-aħħar destinazzjoni u dan minkejja d-distanza tat-titjira effettivament koperta?
(1) Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Volum 8, p. 10)