21.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 277/24
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Mejju 2017 — Openbaar Ministerie vs Tadas Tupikas
(Kawża C-270/17)
(2017/C 277/34)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Amsterdam
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Openbaar Ministerie
Konvenut: Tadas Tupikas
Domanda preliminari
Appell
—
li fih ikun sar eżami fuq il-mertu u
—
li ta lok għal kundanna (ġdida) tal-persuna kkonċernata u/jew il-konferma tal-kundanna deċiża fl-ewwel istanza,
—
filwaqt li l-MAE [mandat ta’ arrest Ewropew] jirrigwarda l-eżekuzzjoni tal-imsemmija kundanna,
jikkostitwixxi “deċiżjoni” fis-sens tal-Artikolu 4a(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI? (1)
(1) Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ġunju 2002, fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34).
Full & Egal Universal Law Academy