21.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 277/25
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Mejju 2017 – K. M. Zyla vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-272/17)
(2017/C 277/36)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: K. M. Zyla
Konvenuta: Staatssecretaris van Financiën
Domanda preliminari
L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li għandha l-konsegwenza li ħaddiem li, fuq il-bażi tar-Regolament Nru 1408/71 (1) jew tar-Regolament Nru 883/2004, (2) ikun affiljat matul parti mis-sena kalendarja ma’ sistema ta’ assigurazzjoni soċjali f’dan l-Istat Membru u li, meta jinġabru dawn il-kontribuzzjonijiet għal din l-assigurazzjoni soċjali, huwa jkollu biss dritt għal porzjon mill-parti tat-tnaqqis ġenerali ta’ taxxa marbut mal-kontribuzzjonijiet, li huwa stabbilit prorata temporis b’rabta mal-perijodu ta’ affiljazzjoni, jekk, matul il-kumplament tas-sena kalendarja, dan il-ħaddiem ma kienx affiljat mas-sistema ta’ assigurazzjoni soċjali ta’ dan l-Istat Membru u kien jirrisjedi fi Stat Membru ieħor filwaqt li għamel it-totalità (jew kważi t-totalità) tad-dħul annwali tiegħu fl-ewwel Stat Membru msemmi?
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).
(2) Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).