31.7.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 249/21
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Mejju 2017 – EU GmbH vs TUIfly GmbH
(Kawża C-292/17)
(2017/C 249/32)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: EU GmbH
Konvenuta: TUIfly GmbH
Domanda preliminari
Il-kanċellament tat-titijira huwa wkoll dovut għal ċirkustanza eċċezzjonali fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/04 (1), meta ċ-ċirkustanzi (f’dan il-każ, “strajk selvaġġ” jew “mewġa ta’ mard”) jaffettwaw biss indirettament lit-titjira inkwistjoni, minħabba li dawn iċ-ċirkustanzi wasslu lit-trasportatur bl-ajru sabiex jorganizza mill-ġdid il-pjanifikazzjoni tat-titjiriet kollha tiegħu u din ir-riorganizzazzjoni tinkludi wkoll il-kanċellazzjoni tat-titjira skedata? Trasportatur bl-ajru jista’ jkun eżentat skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/04, fil-każ li t-titjira inkwistjoni setgħet titwettaq li kieku ma kienx hemm din ir-riorganizzazzjoni, peress li l-ekwipaġġ previst għal din it-titjira skedata kien ikun disponibbli li kieku ma ġiex assenjat għal titjiriet oħra minħabba din ir-riorganizzazzjoni?
(1) Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li […] jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).
Full & Egal Universal Law Academy