14.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshof (l-Awstrija) fl-24 ta’ Mejju 2017 – Helga Löber vs Barclays Bank PLC
(Kawża C-304/17)
(2017/C 269/09)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Helga Löber
Konvenut: Barclays Bank PLC
Domandi preliminari
Liema hija, skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1), il-qorti kompetenti għal talbiet mhux kuntrattwali fuq il-bażi tar-responsabbiltà li tirriżulta mill-prospectus meta:
—
l-investitur ħa fil-post ta’ domiċilju tiegħu d-deċiżjoni ta’ investiment tiegħu pprovokata mill-prospectus difettuż, u li
—
fuq il-bażi ta’ din id-deċiżjoni, huwa ttrasferixxa l-prezz tax-xiri tat-titolu trasferibbli miksub fis-suq sekondarju mill-kont tiegħu miżmum minn bank Awstrijak lejn kont ta’ regolarizzazzjoni miżmum minn bank Awstrijak ieħor, minn fejn l-imsemmi prezz tax-xiri ġie sussegwentement ittrasferit lill-bejjiegħ għan-nom tar-rikorrent?
—
Din hija:
(a)
il-qorti li fil-ġurisdizzjoni tagħha l-investitur għandu d-domiċilju tiegħu?
(b)
il-qorti li fil-ġurisdizzjoni tagħha tinsab is-sede tal-bank jew tal-fergħa tiegħu li tiġġestixxi l-kont bankarju tar-rikorrent li minnu huwa ttrasferixxa lejn il-kont ta’ regolarizzazzjoni l-ammont investit?
(c)
il-qorti li fil-ġurisdizzjoni tagħha tinsab is-sede tal-bank jew tal-fergħa tiegħu li tiġġestixxi l-kont ta’ regolarizzazzjoni?
(d)
waħda minn dawn il-qrati, skont l-għażla tar-rikorrent?
(e)
l-ebda waħda minn dawn il-qrati?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42
Full & Egal Universal Law Academy