18.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 309/22
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Landesarbeitsgericht Hamm (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Mejju 2017 – Surjit Singh Bedi vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja f’isimha proprju, iżda sabiex issostni d-dritt tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq
(Kawża C-312/17)
(2017/C 309/28)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesarbeitsgericht Hamm
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Surjit Singh Bedi
Konvenuti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja f’isimha proprju, iżda sabiex issostni d-dritt tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq
Domandi preliminari
L-Artikolu 2(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE (1) li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regoli ta’ ftehim kollettiv li jipprevedu li l-benefiċċju ta’ allowance addizzjonali temporanja mogħtija sabiex tiggarantixxi dħul deċenti lill-impjegati li tilfu l-impieg tagħhom, fuq il-bażi tar-remunerazzjoni bażika prevista mill-ftehim kollettiv u sakemm l-imsemmija impjegati jaċċedu għall-protezzjoni ekonomika mogħtija mid-dritt għal pensjoni fil-kuntest ta’ skema legali tal-assigurazzjoni għal pensjoni, jiġi fi tmiemu meta jingħata bidu għad-dritt għal pensjoni tal-irtirar antiċipata u li jieħdu bħala kriterju, għall-finijiet tal-applikazzjoni tagħhom, il-possibbiltà li tinkiseb pensjoni tal-irtirar antiċipata minħabba diżabbiltà?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).