25.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 318/4
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (L-Awstrija) fl-1 ta’ Ġunju 2017 – Gerhard Prenninger et
(Kawża C-329/17)
(2017/C 318/06)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Gerhard Prenninger, Karl Helmberger, Franziska Zimmer, Franz Scharinger, Norbert Pühringer, Agrargemeinschaft Pettenbach, Marktgemeinde Vorchdorf, Marktgemeinde Pettenbach, Gemeinde Steinbach am Ziehberg
Domanda preliminari
Id-Direttiva 2011/92/UE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar l-istima [l-evalwazzjoni] tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (iktar ’il quddiem id-“Direttiva EEA”) għandha tiġi interpretata fis-sens li l-“apertura ta’ mogħdija” għall-finijiet tal-installazzjoni ta’ sistema għat-trażmissjoni tal-enerġija elettrika u matul it-terminu ta’ żmien leġittimu tagħha tikkostitwixxi “deforestazzjoni bil-għan ta’ qlib għal użu ieħor tal-art” fis-sens tal-inċiż (d) tal-punt 1 tal-Anness II tad-Direttiva EEA?
(1) GU L 26, p. 1.