28.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 283/23
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Ġunju 2017 – Verein für lauteren Wettbewerb e.V. vs Princesport GmbH
(Kawża C-339/17)
(2017/C 283/32)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Köln
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Verein für lauteren Wettbewerb e.V.
Konvenuta: Princesport GmbH
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1007/2011 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li għandu neċessarjament jiġi kkjarifikat li l-prodott tat-tessut pur huwa esklużivament kompost mill-istess fibra?
2)
L-użu ta’ wieħed mit-tliet termini msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1007/2011, jiġifieri “100 %”, “pur” jew “kollu”, huwa neċessarju jew huwa sempliċement għażla u mhux obbligu, għal tali prodotti?
3)
L-obbligu taħt l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 1007/2011, li prodotti tat-tessut jiġu ttikkettjati jew immarkati bl-isem u bil-perċentwali tal-piż tal-fibri kostitwenti kollha japplika wkoll għal prodotti tat-tessut puri li jaqgħu taħt l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1007/2011?
(1) Regolament (UE) Nru 1007/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Settembru 2011, dwar l-ismijiet ta’ fibri ta’ tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri ta’ prodotti tat-tessut u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 73/44/KEE u d-Direttivi 96/73/KE u 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 272, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy