18.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 309/26
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Veneto (l-Italja) fit-8 ta’ Ġunju 2017 – Memoria Srl, Antonia Dall’Antonia vs Comune di Padova
(Kawża C-342/17)
(2017/C 309/33)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Veneto
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Memoria Srl, Antonia Dall’Antonia
Konvenut: Comune di Padova
Domanda preliminari
L-Artikoli 49 u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet segwenti tal-Artikolu 52 tar-Regolament dwar is-servizzi funebri tal-Comune di Padova (l-Italja):
“Id-depożitarju tal-urna funebri bl-ebda mod ma jista’ jitlob lil terzi jżommuha. Tali projbizzjoni tgħodd ukoll fil-każ ta’ rieda espressa manifestata mill-mejjet matul ħajtu” (it-tielet paragrafu).
“L-urna għandha tinżamm esklużivament fl-abitazzjoni tad-depożitarju […]” (ir-raba’ paragrafu).
“Iż-żamma tal-urni funebri fl-ebda każ ma tista’ tiġi eżerċitata bi skop ta’ lukru u, konsegwentement, ma humiex awtorizzati attivitajiet ekonomiċi li l-għan tagħhom, anki jekk ma jkunx esklużiv, ikun iż-żamma ta’ urni funebri bi kwalunkwe titolu u għal kwalunkwe żmien. Tali projbizzjoni tgħodd ukoll fil-każ ta’ rieda espressa manifestata mill-mejjet matul ħajtu” (l-għaxar paragrafu).