2.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 330/3
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Torino (l-Italja) fid-9 ta’ Ġunju 2017 – IJDF Italy Srl vs Violeta Fernando Dionisio, Alex Del Rosario Fernando
(Kawża C-344/17)
(2017/C 330/04)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Torino
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: IJDF Italy Srl
Konvenuti: Violeta Fernando Dionisio, Alex Del Rosario Fernando
Domanda preliminari
Id-Direttiva 93/13/KEE (1), it-tieni sentenza tal-Artikolu 19(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fil-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, f’każ ta’ kawżi konnessi, b’mod partikolari fil-każ ta’ talba għal garanzija konnessa mat-tilwima prinċipali, tistabbilixxi li l-istess qorti tieħu konjizzjoni tal-kawżi, minkejja li, skont din id-dispożizzjoni, il-kompetenza tal-qorti dwar it-talba għal garanzija tirriżulta li hija dik ta’ qorti differenti minn dik ta’ fejn il-konsumatur għandu residenza jew domiċilju, anki ta’ għażla?
(1) Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288)