25.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 318/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Ġunju 2017 – Uber BV vs Richard Leipold
(Kawża C-371/17)
(2017/C 318/08)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Uber BV
Konvenut: Richard Leipold
Domandi preliminari
1)
Impriża li tipprovdi, f’kooperazzjoni ma’ impriżi għall-kiri tal-karozzi li huma awtorizzati għat-trasport tan-nies, applikazzjoni għall-ismartphones li permezz tagħha l-utenti jistgħu jirriżervaw karozzi tal-kiri bis-sewwieq, tipprovdi hija stess servizz ta’ trasport fis-sens tal-Artikolu 58(1) TFUE u tal-Artikolu 2(2)(d) tad-Direttiva 2006/123 (1), meta s-servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ dan l-impriża jkunu marbuta mill-qrib mas-servizz tat-trasport, b’mod partikolari meta
—
hija tiddeċiedi t-tarifikazzjoni, il-kundizzjonijiet ta’ ħlas u l-kundizzjonijiet tat-trasport applikabbli għall-vjaġġ
u
—
hija tirreklama l-vetturi li għalihom taġixxi bħala intermedjarja billi tuża l-isem tal-impriża tagħha u billi tapplika tnaqqis kummerċjali uniformi?
Fil-każ li l-Qorti tal-Ġutizzja tirrispondi fin-negattiv għad-domanda 1:
2)
Fid-dawl tal-għan li tinżamm il-kompetittività u l-effiċjenza fis-servizzi tat-taxis, tista’ tkun iġġustifikata l-projbizzjoni, taħt il-protezzjoni tal-ordni pubbliku msemmija fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2006/123, tat-tip ta’ servizz inkwistjoni f’din il-kawża fis-sitwazzjoni preżenti fil-qasam tat-trasport?
(1) Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, p. 36).