11.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 300/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Noord-Holland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-19 ta’ Ġunju 2017 – Vision Research Europe BV vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane kantoor Rotterdam Rijnmond
(Kawża C-372/17)
(2017/C 300/21)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Noord-Holland
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vision Research Europe BV
Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst/Douane kantoor Rotterdam Rijnmond
Domanda preliminari
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 113/2014 (1), tal-4 ta’ Frar 2014, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda, huwa validu jekk, hekk kif hija tal-fehma ir-Rechtbank (qorti) f’dan l-istadju, is-subintestatura 8525 80 30 għandha tiġi interpretata fis-sens li tista’ tiġi kklassifikata fiha il-kamera, [Phantom V7.3], li għandha memorja volatili, bil-konsegwenza li r-reġistrazzjoni ta’ immaġini fil-kamera jintilfu meta tittieħed immaġni oħra jew meta l-kamera tintefa?
(1) ĠU 2014, L 38, p. 20.