25.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 318/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Ġunju 2017 – Società Immobiliare Al Bosco Srl
(Kawża C-379/17)
(2017/C 318/09)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Società Immobiliare Al Bosco Srl
Domanda preliminari
Huwa kompatibbli mal-Artikolu 38(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1), il-fatt li terminu, li huwa stabbilit fid-dritt tal-Istat fejn tintalab l-eżekuzzjoni u li fuq il-bażi tiegħu strument ma jkunx jista’ jiġi eżegwit wara l-iskadenza ta’ perijodu partikolari, jiġi applikat ukoll għal strument komparabbli minn aspett funzjonali maħruġ fi Stat Membru ieħor u rrikonoxxut u ddikjarat bħala li jista’ jiġi eżegwit fl-Istat fejn tintalab l-eżekuzzjoni?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.