21.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 277/27
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-382/17)
(2017/C 277/40)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u L. Nicolae, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża
Talbiet
—
tiddikjara li, billi ma żviluppatx, ma implementatx u ma żammitx fis-seħħ, sas-17 ta’ Ġunju 2012, sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità għall-partijiet operattivi tal-attivitajiet tal-amministrazzjoni tiegħu, relatati mal-Istat tal-bandiera, iċċertifikata konformement mal-istandards ta’ kwalità internazzjonali applikabbli, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha li jirriżultaw mill-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2009/21/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera.
—
tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva jistabbilixxi, b’mod ċar, li l-Istat Membri għandhom jiżviluppaw, jimplementaw u jżommu fis-seħħ l-imsemmija sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità ċċertifikata sas-17 ta’ Ġunju 2012.
Ninsabu f’Ġunju 2017 u r-Repubblika Portugiża għadha ma wettqitx l-obbligi tagħha taħt l-imsemmi artikolu.
Billi qed taġixxi b’dan il-mod, l-amministrazzjoni Portugiża qiegħda tikkomprometti l-għanijiet li għandhom jintlaħqu mid-Direttiva fejn b’hekk jitqiegħdu f’riskju s-sigurtà marittima u l-protezzjoni tal-ambjent. Minbarra dan, l-aġir tal-amministrazzjoni Portugiża jikkaġuna r-riskju li jinħoloq vantaġġ kompetittiv żleali tal-flotta Portugiża meta mqabbel mal-flotot ta’ Stati Membri oħra.
(1) ĠU 2009, L 131, p. 132.