25.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 318/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fis-27 ta’ Ġunju 2017 – Dooel Uvoz-Izvoz Skopje Link Logistik N&N vs Budapest Rendőrfőkapitánya
(Kawża C-384/17)
(2017/C 318/10)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Dooel Uvoz-Izvoz Skopje Link Logistik N&N
Konvenut: Budapest Rendőrfőkapitánya
Domandi preliminari
1)
Ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità previst fl-Artikolu 9a tad-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi (1) u interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza mogħtija fit-22 ta’ Marzu 2017 fil-Kawżi magħquda C-497/15 u C-498/15, Euro-Team u Spirál-Gép (EU:C:2017:229), hija dispożizzjoni applikabbli direttament ta’ din id-direttiva?
2)
Jekk ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 9a tad-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi u interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza mogħtija fit-22 ta’ Marzu 2017, fil-Kawżi magħquda C-497/15 u C-498/15, Euro-Team u Spirál-Gép (EU:C:2017:229), ma jikkostitwixxix dispożizzjoni applikabbli direttament ta’ din id-direttiva:
L-interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali skont id-dritt tal-Unjoni tippermetti u tagħmilha neċessarja għall-qorti u għall-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru kompetenti li tikkompleta l-leġiżlazzjoni Ungeriża f’din il-kawża inkwistjoni billi jiġu miżjuda l-kriterji materjali stabbiliti fis-sentenza mogħtija fit-22 ta’ Marzu 2017 mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi magħquda C-497/15 u C-498/15, Euro-Team u Spirál-Gép (EU:C:2017:229)?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 4, p. 372.