4.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 293/20
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Oradea (ir-Rumanija) fid-29 ta’ Ġunju 2017 – Sindicatul Energia Oradea vs SC Termoelectrica SA
(Kawża C-392/17)
(2017/C 293/24)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Oradea
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sindicatul Energia Oradea
Konvenuta: SC Termoelectrica SA
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijiet tad-Digriet Nru 50/1999, hekk kif interpretat bid-Deċiżjoni Nru 9/2016 mogħtija mill-ÎCCJ [Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (qorti suprema ta’ kassazzjoni, ir-Rumanija)] fl-interessi tal-liġi – deċiżjoni li torbot il-qrati komuni, li bis-saħħa tagħha l-impjiegi li jaqgħu taħt il-gruppi I u II huma dawk rigorożament u strettament previsti fl-annessi 1 u 2 tad-Digriet, u l-korpi ġudizzjarji ma jistgħux jestendu d-dispożizzjonijiet ta’ dan id-digriet għal każijiet simili oħra, bil-konsegwenza li ma jistgħux jiġu rrikonoxxuti lill-ħaddiema l-benefiċċji ta’ rtirar, dovuti għall-kundizzjonijiet ta’ xogħol iebsin li fihom l-ex ħaddiema eżerċitaw l-attività tagħhom – huma konformi mal-Artikoli 114(3) TFUE, 151 TFUE u 153 TFUE, kif ukoll mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva Qafas 89/391/KEE (1) u tad-direttivi speċifiċi suċċessivi?
(1) Direttiva tal-Kunsill, tat-12 ta’ Ġunju 1989, dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 349).