4.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 293/21
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Förvaltningsrätten i Malmö, migrationsdomstolen (l-Isvezja) fis-6 ta’ Lulju 2017 – A vs Migrationsverket
(Kawża C-404/17)
(2017/C 293/26)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Förvaltningsrätten i Malmö, migrationsdomstolen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: A
Konvenut: Migrationsverket
Domanda preliminari
Applikazzjoni li fiha l-informazzjoni, pprovduta mill-applikant, li hija meqjusa bħala affidabbli – u li sservi għalhekk bħala bażi għall-eżami tal-imsemmija applikazzjoni, iżda insuffiċjenti sabiex tistabbilixxi bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali fuq il-bażi li l-informazzjoni mill-pajjiż tal-oriġini tindika li l-awtoritajiet joffru protezzjoni aċċettabbli, għandha tiġi meqjusa bħala manifestament infondata skont l-Artikolu 31(8) tad-Direttiva riformulata 2013/32? (1)
(1) Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni) (ĠU 2013 L 180, p. 60).
Full & Egal Universal Law Academy