11.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 300/25
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-420/17)
(2017/C 300/29)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet, u C. Hermes, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża
Talbiet
—
tikkonstata li billi ma ħaditx il-miżuri kollha neċessarji biex tistabbilixxi sistema ġenerali ta’ protezzjoni tal-ortolan Bruant fid-département des Landes, ir-Repubblika Franċiża naqqset mill-obbligi li jaqgħu fuqha bis-saħħa tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/147/KE tal-parlament ewropew u tal-kunsill, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi.
—
tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni tqis li Franza qatt ma ħadet il-miżuri koerenti u kkoordinati ta’ protezzjoni biex tistabbilixxi sistema ta’ protezzjoni tal-ortolan Bruant, u b’hekk naqqset mill-obbligi li jirriżultaw mid-Direttiva 2009/147/KE (1).
(1) ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7.