25.9.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 318/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (Ir-Renju Unit) fis-17 ta’ Lulju 2017 – Dermod Patrick O'Brien vs Ministry of Justice (Formerly the Department for Constitutional Affairs)
(Kawża C-432/17)
(2017/C 318/14)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court of the United Kingdom
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Dermod Patrick O'Brien
Konvenut: Ministry of Justice (Formerly the Department for Constitutional Affairs)
Domanda preliminari
Id-Direttiva 97/81 (1), u b’mod iktar partikolari il-klawżola 4 tal-ftehim qafas dwar ix-xogħol part-time li huwa anness magħha, marbuta mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, tirrikjedi li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-perijodi ta’ servizz moqdija qabel id-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni tagħha, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ammont tal-pensjoni tal-irtirar ta’ ħaddiem part-time ġalaladarba tali perijodi jittieħdu inkunsiderazzjoni għad-determinazzjoni tal-pensjoni tal-irtirar ta’ ħaddiem full-time?
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-15 ta’ Diċembru 1997, li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 267)