8.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 5/53
Rettifika għall-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-Kawża C-448/17
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 382 tat-13 ta’ Novembru 2017 )
(2018/C 005/71)
It-test fl-avviż fil-ĠU fil-Kawża C-448/17 EOS KSI Slovensko s.r.o. vs Ján Danko u Margita Jalčová għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:
“Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd v Prešove (is-Slovenja) fil-25 ta’ Lulju 2017 – EOS KSI Slovensko s.r.o. vs Ján Danko, Margita Danková
(Kawża C-448/17)
(2017/C 382/35)
Lingwa tal-kawża: is-Slovakk
Qorti tar-rinviju
Krajský súd v Prešove
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: EOS KSI Slovensko s.r.o.
Konvenuti: Ján Danko, Margita Danková
Domandi preliminari
1)
Fid-dawl tas-sentenza mogħtija fil-Kawża C-470/12, Pohotovost’, u tal-kunsiderazzjonijiet ifformulati mill-Qorti tal-Ġustizzja wkoll fil-punt 46 tal-motivazzjoni tagħha, leġiżlazzjoni li, filwaqt li tqiegħed fuq l-istess livell l-interessi protetti mil-liġi u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumaturi kontra l-klawżoli inġusti, ma tawtorizzax, minn naħa, mingħajr il-kunsens tal-konsumatur konvenut, li persuna ġuridika li l-attività tagħha tikkonsisti li tipproteġi kollettivament il-konsumaturi kontra l-klawżoli inġusti u li jiġi osservat l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13/KEE (1), kif traspost mill-Artikolu 53a(1) u (2) tal-kodiċi ċivili tintervjeni bħala intervenjenti fi proċedura ġudizzjarja sa mill-bidu tagħha u ma tippermettix l-eżerċizzju effettiv, fil-proċedura preżenti, tal-motivi ta’ difiża u ta’ rikors għall-benefiċċju tal-konsumatur għall-finijiet li jiġi protett kontra l-użu ġenerali ta’ klawżoli inġusti, filwaqt li, f’każ ieħor, l-intervenjenti li għandha interess li s-suġġett tal-proċedura jiġi rregolat fil-mertu (mill-perspettiva patrimonjali) u li tintervjeni fi proċedura ġudizzjarja insostenn tal-konvenut ma għandhiex bżonn tal-kunsens ta’ dan tal-aħħar sabiex tintervjeni fil-proċedura ġudizzjarja sa mill-bidu tagħha għall-finijiet li jiġu sostnuti utilment motivi ta’ difiża u ta’ rikors għall-benefiċċju tal-konvenut li insostenn tiegħu hija tintervjeni tmur kontra l-prinċipju ta’ ekwivalenza tad-dritt tal-Unjoni?
2)
Fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi C-26/13 u C-94/14, il-kelma ‘ċar’ [li jinftiehem], li tinsab fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 għandha tiġi interpretata fis-sens li klawżola tista’ tiġi kklassifikata bħala li ma tkunx tinftiehem, li jkollu bħala konsegwenza legali li l-qorti teżamina (ex officio) n-natura inġusta tal-klawżola, anki jekk is-sistema legali (l-istrument) li tirregola din il-klawżola kuntrattwali, hija fiha nnifisha kkomplikata b’mod li l-konsegwenzi legali tagħha huma diffiċilment prevedibbli għall-konsumatur medju u li l-ftehim tagħha ġeneralment jirrikjedi parir legali speċjalizzat li l-ispiża tiegħu hija sproporzjonata meta pparagunata mal-valur tas-servizz li l-konsumatur jirċievi mill-kuntratt?
3)
Jekk qorti tagħti deċiżjoni dwar id-drittijiet li jirriżultaw minn kuntratt konkluż ma’ konsumatur invokati kontra l-konsumatur, fil-kwalità tiegħu bħala konvenut, abbażi biss tal-affermazzjonijiet tar-rikorrenti, permezz ta’ ordni ta’ ħlas fil-kuntest ta’ proċedura mħaffa, mingħajr bl-ebda mod tapplika fil-kuntest tal-proċedura d-dispożizzjoni tal-Artikolu 172(9) tal-kodiċi ta’ proċedura ċivili, li tipprevedi li ma tinħariġx ordni ta’ ħlas jekk il-kuntratt konkluż ma’ konsumatur jinkludi klawżoli inġusti, il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, peress li l-qorti ma tapplikax l-obbligu li jirriżulta mill-Artikolu 172(9) tal-kodiċi ta’ proċedura ċivili u fid-dawl tat-terminu qasir sabiex tiġi ppreżentata oppożizzjoni kontra ordni ta’ ħlas u tal-eventwali impossibbiltà li jsir kuntatt mal-konsumatur, ma tippermettix li assoċjazzjoni ta’ protezzjoni tal-konsumaturi li għandha l-kwalità u li hija awtorizzata tapplika l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13, kif traspost mid-dispożizzjoni tal-Artikolu 53a(1) u (2) tal-kodiċi ċivili, issostni utilment, mingħajr il-kunsens tal-konsumatur (iżda mingħajr ma l-konsumatur juri n-nuqqas ta’ kunsens tiegħu), l-uniku motiv ta’ difiża tal-konsumatur fil-forma ta’ oppożizzjoni għall-ordni ta’ ħlas tmur kontra d-dritt tal-Unjoni?
4)
Għall-finijiet tar-risposta għat-tieni u għat-tielet domandi, tista’ titqies bħala rilevanti ċ-ċirkustanza li, skont l-ordinament ġuridiku, il-konsumatur ma għandux dritt għal rappreżentazzjoni legali obbligatorja u li l-ksur ta’ dan id-dritt flimkien ma’ assenza ta’ rappreżentazzjoni legali huwa l-bażi ta’ riskju li ma huwiex insinjifikattiv li ma jinvokax in-natura abbużiva tal-klawżoli kuntrattwali u li dan lanqas ma jressaq att li jawtorizza l-intervent fil-proċedura ġudizzjarja, insostenn tal-pożizzjoni tiegħu, ta’ assoċjazzjoni ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, li għandha l–kwalità u li hija awtorizzata teżegwixxi l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13/KEE, kif traspost permezz tal-Artikolu 53a(1) u (2) tal-kodiċi ċivili?
5)
Leġiżlazzjoni bħall-proċedura mħaffa dwar ordni ta’ ħlas (Artikoli 172(1) et seq tal-kodiċi ta’ proċedura ċivili) li tippermetti li tingħata, mal-effetti marbuta ma’ deċiżjoni ġudizzjarja, 1) somma flus favur il-bejjiegħ jew fornitur, 2) fil-kuntest ta’ proċedura mħaffa, 3) minn impjegat amministrattiv ta’ qorti, 4) fuq il-bażi biss tal-affermazzjonijiet tal-bejjiegħ jew fornitur, u dan 5) mingħajr produzzjoni tal-prova u f’sitwazzjoni fejn, 6) il-konsumatur ma huwiex irrappreżentat minn espert tad-dritt u li 7) id-difiża tiegħu lanqas ma tista’ tiġi utilment żgurata, mingħajr il-kunsens tiegħu, minn assoċjazzjoni ta’ protezzjoni tal-konsumaturi li għandha l-kwalità u li hija awtorizzata teżegwixxi l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13, kif traspost mid-dispożizzjoni tal-Artikolu 53a(1) u (2) tal-kodiċi ċivili tmur kontra d-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari r-rekwiżit li jiġu evalwati ċ-ċirkustanzi tal-kawża kollha skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 93/13/KEE?”
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.
Full & Egal Universal Law Academy