23.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 357/4
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-8 ta’ Awwissu 2017 – Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank vs D. Balandin et
(Kawża C-477/17)
(2017/C 357/05)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Centrale Raad van Beroep
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank
Konvenuti: D. Balandin, I. Lukachenko, Holiday on Ice Services BV
Domanda preliminari
L-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1231/2010 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ħaddiema li għandhom in-nazzjonalità ta’ pajjiż terz, li jgħixu barra mill-Unjoni iżda li jaħdmu temporanjament fi Stati Membri differenti għal persuna li timpjega stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi, jistgħu jinvokaw (it-Titolu II tar-)Regolament Nru 883/2004 (2) u r-Regolament Nru 987/2009 (3)?
(1) Regolament (UE) Nru 1231/2010, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Novembru 2010, li jestendi r-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b’dawn ir-Regolamenti unikament minħabba n-nazzjonalità tagħhom (ĠU 2010, L 344, p. 1).
(2) Regolament (KE) Nru 883/2004, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).
(3) Regolament (KE) Nru 987/2009, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 […] (ĠU 2009, L 284, p. 1).