13.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 382/32
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Köln (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Awwissu 2017 – Frank Montag vs Finanzamt Köln-Mitte
(Kawża C-480/17)
(2017/C 382/39)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Köln
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Frank Montag
Konvenut: Finanzamt Köln-Mitte
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 49 TFUE, flimkien mal-Artikolu 54 TFUE, jipprekludi dispożizzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi li l-kontribuzzjonijiet obbligatorji lil skema ta’ pensjoni professjonali minn persuna taxxabbli li ma hijiex residenti (li jsiru abbażi tal-appartenenza tagħha ma’ kamra tal-avukati fl-Istat Membru li, għal raġunijiet professjonali, hija mandatorja sabiex tkun tista’ teżerċita l-attività tagħha f’diversi Stati Membri), ma jittiħdux inkunsiderazzjoni fit-tnaqqis mid-dħul, fil-kuntest tal-obbligu fiskali limitat, filwaqt li fil-każ ta’ persuni taxxabbli residenti, id-dritt nazzjonali jippermetti t-tnaqqis tagħhom mid-dħul sa limitu speċifiku fil-kuntest tal-obbligu fiskali illimitat?
2)
L-Artikolu 49 TFUE, flimkien mal-Artikolu 54 TFUE, jipprekludi d-dispożizzjoni deskritta fl-ewwel domanda meta, minbarra l-kontribuzzjonijiet obbligatorji, il-persuna taxxabbli tagħmel – volontarjament – kontribuzzjonijiet addizzjonali lil skema ta’ pensjoni professjonali, liema kontribuzzjonijiet ma jittiħdux inkunsiderazzjoni mill-Istat Membru fit-tnaqqis mid-dħul, minkejja li, skont id-dritt nazzjonali, il-pagamenti futuri ta’ pensjonijiet imħallsa f’dan l-Istat Membru jistgħu jkunu taxxabbli anki fil-kuntest ta’ obbligu fiskali limitat?
3)
L-Artikolu 49 TFUE, flimkien mal-Artikolu 54 TFUE, jipprekludi l-leġiżlazzjoni deskritta fl-ewwel domanda, meta l-persuna taxxabbli, indipendentement mill-appartenenza tagħha mal-kamra tal-avukati u mill-kontribuzzjonijiet tagħha lil skema ta’ pensjoni professjonali, tħallas kontribuzzjonijiet lil assigurazzjoni ta’ pensjoni privata li affiljat ruħha magħha volontarjament, liema kontribuzzjonijiet ma jittiħdux inkunsiderazzjoni mill-Istat Membru fit-tnaqqis mid-dħul, minkejja li, skont id-dritt nazzjonali, il-pagamenti futuri ta’ pensjonijiet imħallsa f’dan l-Istat Membru jistgħu jkunu taxxabbli anki fil-kuntest ta’ obbligu fiskali limitat?
Full & Egal Universal Law Academy