30.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 369/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Veliko Tarnovo (il-Bulgarija) fid-9 ta’ Awwissu 2017 – Nikolay Yanchev vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Veliko Tarnovo pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite
(Kawża C-481/17)
(2017/C 369/06)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad Veliko Tarnovo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Nikolay Yanchev
Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Veliko Tarnovo pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite
Domandi preliminari
1)
Fid-dawl, minn naħa, tal-prerogattivi tal-Kummissjoni u, min-naħa l-oħra, tal-espressjoni tal-prinċipji ta’ awtonomija proċedurali u ta’ ċertezza legali, l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-punt 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2011) 863, tal-11 ta’ Frar 2011, adottata konformement mal-Artikolu 108(3) TFUE u li tiddikjara konformi mal-Artikolu 107(3) TFUE l-għajnuna N 546/2010 mogħtija mir-Repubblika tal-Bulgarija lill-investimenti fl-azjendi agrikoli permezz ta’ tnaqqis mit-taxxa, tawtorizza l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet legali nazzjonali li jipprovdu li l-perijodu previst f’dan il-punt, li matulu għandu jiġi mistħarreġ jekk il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna mill-Istat imsemmija iktar ’il fuq humiex issodisfatti, għandu jitqies li huwa biss ta’ natura indikattiva u mhux vinkolanti?
2)
Fid-dawl tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, l-interpretazzjoni teleoloġika tal-punti 7, 8, 14 u 45, ikkunsidrati flimkien, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2011) 863, tal-11 ta’ Frar 2011, adottata konformement mal-Artikolu 108(3) TFUE u li tiddikjara konformi mal-Artikolu 107(3) TFUE l-għajnuna N 546/2010 mogħtija mir-Repubblika tal-Bulgarija lill-investimenti fl-azjendi agrikoli permezz ta’ tnaqqis mit-taxxa, tippermetti li jiġi konkluż li l-leġittimità tal-kisba/tal-benefiċċju ta’ din l-għajnuna tiddependi biss mill-osservanza tad-dispożizzjonijiet nazzjonali ċċitati espliċitament fl-imsemmija deċiżjoni u li permezz tagħhom tiġi implementata l-għajnuna mill-Istat? Jew inkella huwa meħtieġ li jiġu osservati wkoll kundizzjonijiet oħra li jinsabu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali iżda li ma humiex marbuta mal-għanijiet segwiti permezz tal-għoti tal-għajnuna inkwistjoni?