6.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 374/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-10 ta’ Awwissu 2017 – K vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie
(Kawża C-484/17)
(2017/C 374/21)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: K
Konvenut: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie
Domanda preliminari
L-Artikolu 15(1) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li talba għal permess ta’ residenza awtonomu ta’ persuna barranija, li kienet tirrisjedi legalment għal iktar minn ħames snin fit-territorju ta’ Stat Membru fil-kuntest ta’ riunifikazzjoni tal-familja, tista’ tiġi miċħuda, peress li l-persuna barranija ma kkonformatx ruħha mall-kundizzjonijiet ta’ integrazzjoni meħtieġa fid-dritt nazzjonali?