16.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 347/18
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (ir-Renju Unit) fl-14 ta’ Awwissu 2017 – Hoteles Pinero Canarias SL vs Keefe (by his litigation friend Eyton)
(Kawża C-491/17)
(2017/C 347/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court of the United Kingdom
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hoteles Pi ñ ero Canarias S.L.
Konvenut: Keefe (by his litigation friend Eyton)
Domandi preliminari
1)
Ir-rekwiżit tal-Artikolu 11(3) (1) li jimponi li talba magħmula minn persuna li tkun ġarrbet il-ħsara, kontra min ikollu polza ta’ assigurazzjoni jew kontra dak li jkun assigurat, għandha tinvolvi kwistjoni li tirrigwarda l-assigurazzjoni fis-sens li tqajjem il-kwistjoni dwar il-validità jew l-effett tal-polza?
2)
L-Artikolu 11(3) jimponi rekwiżit li hemm riskju ta’ sentenzi inkonsistenti jekk ma ssirx is-sejħa fil-kawża tat-terz?
3)
Il-qorti għandha setgħa diskrezzjonali li tippermetti jew ma tippermettix is-sejħa fil-kawża tat-terz fir-rigward ta’ talba koperta mill-Artikolu 11(3)?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42)