18.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 437/15
Appell ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2017 mill-Groupe Léa Nature mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-8 ta’ Ġunju 2017 fil-Kawża T-341/13 – Groupe Léa Nature vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-505/17 P)
(2017/C 437/18)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Groupe Léa Nature (rappreżentant: E. Baud, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Debonair Trading Internacional Lda
Talbiet
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ġunju 2017;
—
tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali; u
—
tikkundanna lil Debonair għall-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell, l-appellant jinvoka żewġ aggravji.
L-ewwel aggravju, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea, minħabba ksur tal-ġurisprudenza stabbilita relattiva għall-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks.
Insostenn ta’ dan l-aggravju, l-appellant josserva li l-Qorti Ġenerali:
—
ma applikatx il-kriterji meħtieġa biex tiddetermina l-pubbliku rilevanti;
—
ma evalwatx korrettament ix-xebh bejn is-sinjali;
—
ma applikatx b’mod xieraq ir-rekwiżiti rilevanti li jippermettu li tiġi kkonstatata l-kisba ta’ karattru distintiv permezz tal-użu; u
—
ma wettqitx validament analiżi tal-evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.
It-tieni aggravju, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea, minħabba ksur tal-ġurisprudenza stabbilita f’dak li jikkonċerna l-użu li joħloq ħsara lir-reputazzjoni ta’ trade mark preċedenti.
Insostenn ta’ dan l-aggravju, l-appellant josserva li l-Qorti Ġenerali:
—
ma applikatx il-kriterji kollha meħtieġa biex tistabbilixxi r-reputazzjoni ta’ trade mark preċedenti;
—
ma evalwatx korrettament ix-xebh bejn is-sinjali;
—
ma wettqitx validament analiżi tal-eżistenza ta’ rabta li l-pubbliku rilevanti jista’ jagħmel bejn it-trade marks; u
—
ma evalwatx b’mod xieraq l-effett dannuż li l-użu ta’ trade mark jista’ jkollu fuq ir-reputazzjoni ta’ trade mark preċedenti.
Full & Egal Universal Law Academy