13.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 382/33
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Köln (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Awissu 2017 – Bußgeldverfahren vs Josef Baumgartner
(Kawża C-513/17)
(2017/C 382/40)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Köln
Partijiet fil-kawża prinċipali
Josef Baumgartner
Partijiet oħra: Bundesamt für Güterverkehr, Staatsanwaltschaft Köln
Domanda preliminari
L-ewwel sentenza tal-Artikolu 19(2) tar-Regulament (KE) Nru 561/2006 (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li huwa biss l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu impriża tkun stabbilita li jista’ jimponi penali fuq tali impriża jew fuq direttur tagħha, skont l-Artikoli 30, 9 u 130 tal-Gesetz über Ordnungswidrigkeiten (liġi Ġermaniża dwar il-ksur amministrattiv) għal ksur amministrattiv imwettaq fis-sede tal-impriża? Jew l-Istati Membri oħra jistgħu wkoll jimponu penali għall-ksur amministrattiv meta l-ksur ikun ġie kkonstatat fit-territorju tagħhom?
(1) Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, p. 1).