11.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 424/17
Appell ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2017 minn L’Oréal mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-26 ta’ Ġunju 2017 fil-Kawża T-181/16 – L-Oreal vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
(Kawża C-519/17)
(2017/C 424/24)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: L’Oréal (rappreżentanti: T. de Haan, P. Péters, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Guinot
Talbiet
—
tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali, tas-26 ta’ Ġunju 2017, fil-Kawża T-181/16, EU:T:2017:447;
—
tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea; u
—
tirriserva l-ispejjeż; sussidjarjament, tikkundanna lill-Uffiċċju jħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti relatati kemm mal-proċedura ta’ appell kif ukoll ma’ dik tal-ewwel istanza.
Aggravji u argumenti prinċipali
Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti u l-argumenti mressqa minnha quddiemha u kisret l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1).
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).