5.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 42/2
Appell ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2017 minn X-cen-tek GmbH & Co. KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-28 ta’ Ġunju 2017 fil-Kawża T-470/16 – X-cen-tek GmbH & Co. KG vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
(Kawża C-520/17 P)
(2018/C 042/04)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: X-cen-tek GmbH & Co. KG (rappreżentant: H. Hillers, Rechtsanwalt)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Permezz ta’ digriet tat-30 ta’ Novembru 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lil X-cen-tek GmbH & Co. KG għall-ispejjeż rispettivi tagħha.