13.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 382/34
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tallinna Ringkonnakohus (l-Estonja) fl-1 ta’ Settembru 2017 – c.v. SNB-REACT et vs Deepak Mehta
(Kawża C-521/17)
(2017/C 382/41)
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Qorti tar-rinviju
Tallinna Ringkonnakohus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: c.v. SNB-REACT et
Konvenut: Deepak Mehta
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 4(ċ) tad-Direttiva 2004/48/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri huma obbligati li jirrikonoxxu l-organi ta’ rappreżentazzjoni kollettiva ta’ proprjetarji ta’ trade marks bħala persuni li għandhom il-kwalità sabiex jitolbu, f’isimhom stess, l-applikazzjoni ta’ rimedji bil-għan li jiġu protetti d-drittijiet tal-proprjetarji tat-trademarks fil-każ ta’ ksur tal-imsemmija drittijiet, u sabiex jippreżentaw, f’isimhom stess, azzjoni ġudizzjarja bil-għan li jiġu infurzati d-drittijiet ta’ proprjetarji ta’ trade marks?
2)
L-Artikoli 12, 13 u 14 tad-Direttiva 2000/31/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”) għandhom jiġu interpretati fis-sens li għandu wkoll jitqies bħala dak li jipprovdi s-servizz imsemmi f’dawn l-artikoli, li għalih japplikaw il-limiti ta’ responsabbiltà previsti mill-Artikoli ċċitati iktar ’il fuq, dak li jipprovdi s-servizz li s-servizz tiegħu jikkonsisti fir-reġistrazzjoni ta’ indirizzi IP, li jippermetti li l-indirizzi IP jintrabtu ma’ ismijiet ta’ domaine b’mod anonimu, u fil-kiri ta’ dawn l-indirizzi IP?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 25, p. 399.
Full & Egal Universal Law Academy