27.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hamburg (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Settembru 2017 – Wolfgang Wirth et vs Thomson Airways Ltd.
(Kawża C-532/17)
(2017/C 402/14)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Wolfgang Wirth, Theodor Mülder, Ruth Mülder, Gisela Wirth
Konvenuta: Thomson Airways Ltd.
Domanda preliminari
Il-kunċett ta’ “trasportatur tal-ajru li jopera” imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li għandu jitqies bħala trasportatur tal-ajru li jopera fis-sens ta’ dan ir-regolament trasportatur tal-ajru li jikri l-ajruplan u l-ekwipaġġ lil trasportatur tal-ajru ieħor fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ “wet lease” (kuntratt ta’ kiri bl-ekwipaġġ) għal numru ta’ titjiriet definit fil-kuntratt, iżda li ma jassumix ir-responsabbiltà operazzjonali prinċipali għat-titjiriet inkwistjoni, filwaqt li huwa ppreċiżat li l-konferma tar-reżervazzjoni tal-passiġġier issemmi li t-titjira hija “operata minn …” dan l-istess trasportatur?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.
Full & Egal Universal Law Academy