11.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 424/20
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Settembru 2017 – Ursula Kaufmann u Viktor Schay vs TUIfly GmbH
(Kawża C-534/17)
(2017/C 424/30)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Hannover
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ursula Kaufmann, Viktor Schay
Konvenuta: TUIfly GmbH
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004 (1), moqri fid-dawl tal-premessa 15 tal-istess regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li trasportatur tal-ajru li jopera jista’ jinħall mill-obbligu tiegħu li jagħti kumpens biss billi jinvoka ċirkustanzi straordinarji li jkunu seħħew biss fil-jum tat-titjira, jew anki ċirkustanzi straordinarji li jkunu diġà seħħew fil-jum ta’ qabel jistgħu jiġġustifikaw kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjira l-għada?
2)
Fil-każ li ċirkustanzi straordinarji li jkunu diġà seħħew fil-jum ta’ qabel ikunu jistgħu wkoll jiġġustifikaw il-kanċellazzjoni jew id-dewmien twil ta’ titjira l-għada, l-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest tal-miżuri raġonevoli li huwa obbligat li jieħu sabiex jevita dawn iċ-ċirkustanzi straordinarji, trasportatur tal-ajru għandu jieħu, minn qabel, il-miżuri raġonevoli sabiex jevita tali eventwalitajiet u, fi kwalunkwe każ, iżomm ukoll għad-dispożizzjoni tiegħu numru xieraq ta’ ajruplani ta’ sostituzzjoni fl-ajruport ta’ bażi tiegħu?
(1) Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).
Full & Egal Universal Law Academy