Kawża C-535/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-11 ta’ Settembru 2017 – NK, fil-kwalità tiegħu ta’ likwidatur tal-fallimenti ta’ OJ BV u ta’ PI vs BNP Paribas Fortis NV
C4122017MT1610120170911MT0024161161
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-11 ta’ Settembru 2017 – NK, fil-kwalità tiegħu ta’ likwidatur tal-fallimenti ta’ OJ BV u ta’ PI vs BNP Paribas Fortis NV
(Kawża C-535/17)2017/C 412/24Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: NK, fil-kwalità tiegħu ta’ likwidatur (kuratur) tal-fallimenti ta’ OJ BV u ta’ PI
Konvenuta: BNP Paribas Fortis NV
Domandi preliminari
1)
L-azzjoni għad-danni li l-likwidatur tal-falliment, abbażi tal-Artikolu 68(1) tal-liġi dwar il-falliment li jinkarigah bil-ġestjoni u bil-likwidazzjoni tal-massa tal-falliment, jibda, f’isem il-kredituri kollha tal-persuna falluta kontra terz li kkawża dannu lil dawn il-kredituri, azzjoni li, fil-każ ta’ suċċess, il-benefiċċju li jirriżulta minnha jerġa’ lura fil-massa, taqa’ taħt l-esklużjoni prevista fl-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali ( 1 )?
2)
Jekk tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda u jekk, għaldaqstant, l-azzjoni inkwistjoni taqa’ taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment [proċeduri ta’ insolvenza] ( 2 ), din l-azzjoni hija rregolata mil-liġi tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-proċedura ta’ insolvenza tinfetaħ, skont l-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-regolament, kemm f’dak li jirrigwarda l-kompetenza tal-likwidatur sabiex jibda din l-azzjoni kif ukoll f’dak li jirrigwarda d-dritt li japplika għaliha fil-mertu?
3)
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda, il-qorti tal-Istat ta’ ftuħ għandha tieħu inkunsiderazzjoni, irrispettivament jekk hux b’analoġija jew le:
a)
l-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment [proċeduri ta’ insolvenza], fis-sens li l-parti li r-responsabbiltà tagħha tinsab inkwistjoni tista’ tiddefendi ruħha mill-azzjoni mibdija mil-likwidatur f’isem il-kredituri kollha billi tipproduċi l-prova li l-atti tagħha ma jiskattawx ir-responsabbiltà tagħha skont il-liġi li kienet tkun applikabbli għall-azzjoni li kieku r-responsabbiltà tagħha ma kinitx tqajmet inkwistjoni mil-likwidatur iżda minn debitur individwali;
b)
l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II) ( 3 ), moqri flimkien mal-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment [proċeduri ta’ insolvenza], jiġifieri r-regoli ta’ sigurtà u ta’ aġir fis-seħħ fil-post tal-fatt dannuż li huwa allegat, bħar-regoli ta’ aġir imposti fuq il-banek fil-qasam finanzjarju?
( 1 ) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.
( 2 ) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191.
( 3 ) ĠU 2007, L 199, p. 40.
Full & Egal Universal Law Academy