11.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 424/21
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Berlin (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Settembru 2017 – Claudia Wegener vs Royal Air Maroc SA
(Kawża C-537/17)
(2017/C 424/31)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Claudia Wegener
Konvenuta: Royal Air Maroc SA
Domanda preliminari
Ikun hemm titjira fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, meta l-operazzjoni ta’ trasport ta’ trasportatur tal-ajru tkun tinkludi interruzzjonijiet ippjanati (waqfiet) barra mit-territorju tal-[Unjoni] Ewropea bi bdil tal-ajruplan?
(1) Regolament (KE) Nruo 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).
Full & Egal Universal Law Academy