15.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/2
Appell ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2017 minn Allstate Insurance Company mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fil-5 ta’ Lulju 2017 fil-Kawża T-3/16 – Allstate Insurance Company vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-542/17 P)
(2018/C 013/02)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Allstate Insurance Company (rappreżentanti: G. Würtenberger, avukat u R. Kunze, Solicitor)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Lulju 2017 fil-Kawża T-3/16;
—
tilqa’ r-rikors għal annullament ippreżentat mir-rikorrenti kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tat-8 ta’ Ottudru 2015 fil-Kawża R 956/2015-2;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
1.
Ir-rikorrenti ssostni li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 7(1)(c) u l-Artikolu 7(2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1) meta applikat kriterji ta’ evalwazzjoni żbaljati tar-raġuni assoluta għal rifjut ibbażata fuq in-natura deskrittiva fis-sens tad-dispożizzjonijiet imsemmija iktar 'il fuq.
2.
Billi ma evalwatx ir-raġuni assoluta għal rifjut ibbażata fuq in-natura deskrittiva skont il-prodotti u servizzi konkreti li għalihom kienet intalbet il-protezzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja naqset ukoll milli timmotiva s-sentenza tagħha u għalhekk kisret l-Artikolu 75 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
3.
Barra minn hekk, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali suġġett ta’ dan l-appell hija bbażata fuq żnaturament tal-fatti peress li l-Qorti Ġenerali ma evalwatx ir-raġunijiet assoluti għal rifjut abbażi tal-prodotti u tas-servizzi mitluba iżda abbażi ta’ allegata speċifikazzjoni li tirriżulta minn interpretazzjoni, fil-fatt żnaturament, tal-ispeċifikazzjoni reali tal-prodotti u s-servizzi.
4.
Kieku l-Qorti Ġenerali kienet irrispettat il-prinċipji fundamentali tad-dritt, inkluż l-obbligu ta’ motivazzjoni tad-deċiżjonijiet, kienet tilqa’ r-rikors ippreżentat quddiemha fid-dawl tal-osservazzjonijiet li ser jiġu żviluppati iktar 'il quddiem.
5.
L-iżbalji mwettqa huma ta’ natura ġuridika sostanzjali. Ir-rikorrenti għalhekk ser tesponi r-raġunijiet għalfejn il-Qorti Ġenerali kellha tikkonkludi li l-motivi invokati kienu fondati fid-dawl tal-ksur tal-prinċipji rikonoxxuti b’rabta mad-dritt għal proċess xieraq u dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja fid-dawl tal-fatti mogħtija quddiem il-Bord tal-Appell.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, 24.3.2009).
Full & Egal Universal Law Academy