22.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/18
Appell ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2017 mill-Ukraina mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fid-19 ta’ Lulju 2017 fil-Kawża T-348/14 DEP, Yanukovych vs il-Kunsill
(Kawża C-551/17 P)
(2018/C 022/26)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: L-Ukraina (rappreżentant: M. Kostytska, Advocate)
Partijiet oħra fil-proċedura: Oleksandr Viktorovych Yanukovych, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea
B’digriet tat-23 ta’ Novembru 2017 il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) iddeċidiet li l-appell huwa inammissibbli.