8.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 5/18
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Pécsi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-22 ta’ Settembru 2017 – Alekszij Torubarov vs Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal
(Kawża C-556/17)
(2018/C 005/25)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Pécsi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (il-Qorti Amministrattiva u tax-Xogħol ta’ Pécs, l-Ungerija)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Alekszij Torubarov
Konvenut: Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal (Uffiċċju tal-Immigrazjoni u tal-Ażil)
Domanda preliminari
L-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (1), moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpetat fis-sens li l-qrati Ungeriżi għandhom is-setgħa jirriformaw id-deċiżjonijiet amministrattivi tal-awtorità kompetenti fil-qasam tal-ażil li bihom tiġi miċħuda l-protezzjoni internazzjonali, kif ukoll li jikkonċedu l-imsemmija protezzjoni?
(1) ĠU L 180, p. 60.
Full & Egal Universal Law Academy