27.11.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-22 ta’ Settembru 2017 – Y.Z. et, Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie
(Kawża C-557/17)
(2017/C 402/20)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Y.Z., Z.Z., Y.Y., Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie
Domandi preliminari
1)
Il-parti inizjali u l-punt (a) tal-Artikolu 16(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE (1), tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja […] għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-irtirar ta’ permess ta’ residenza mogħti fil-kuntest tar-riunifikazzjoni tal-familja meta l-ksib ta’ dan il-permess ta’ residenza jkun bbażat fuq informazzjoni frawdolenti filwaqt li l-membru tal-familja ma kienx jaf dwar in-natura frawdolenti ta’ din l-informazzjoni?
2)
Il-parti inizjali u l-punt (a) tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE (2), tal-25 ta’ Novembru 2003, dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul […] għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-irtirar tal-istatus ta’ resident għal żmien twil meta l-ksib ta’ dan l-istatus ikun ibbażat fuq informazzjoni frawdolenti filwaqt li r-resident għal żmien twil ma kienx jaf dwar in-natura frawdolenti ta’ din l-informazzjoni?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 272.
Full & Egal Universal Law Academy